Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
  • NEWS ARTICLE
  • Pubblikazzjoni 05 Marzu 2025

Appoġġ għat-tranżizzjoni diġitali permezz ta’ Unjoni tal-Ħiliet

Illum, il-Kulleġġ tal-Kummissarji adotta l-pakkett tal-Unjoni tal-Ħiliet, li jinkludi miżuri ewlenin biex jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali.

A promotional visual for the European Commission’s "The Union of Skills" initiative, featuring a blue background with the EU emblem and event details. Two individuals, a man and a woman, collaborate using digital technology; the man types on a keyboard while the woman interacts with a touchscreen device. The text includes "March 2025" and the hashtag #UnionOfSkills.

The Union of Skills – European Commission Initiative, March 2025 © DG EMPL, European Commission

Il-Komunikazzjoni dwarl-Unjoni tal-Ħiliet, li se tħeġġeġ l-iżvilupp tal-kapital uman tal-Unjonitagħnabiex tissaħħaħ il-kompetittivitàtal-UE, hija akkumpanjata minn Pjanta’ Azzjoni għall-ĦilietBażiċi uPjan Strateġiku għall-Edukazzjoni STEM biex jittejbu l-ħilietfix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika, jiġu promossi l-karrieri STEM, jiġu attirati aktar bniet u nisalejn l-oqsma, u tingħata spinta lit-tħejjija fid-dawl tat-tranżizzjonijiet diġitali u tat-teknoloġija nadifa.

Il-pakkett iħabbar għadd ta’ inizjattivi importanti għall-promozzjoni ta’ ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati. Id-DĠ CNECT se jimplimenta erba’ Akkademji tal-Ħiliet Diġitali mmirati ġodda fl-IA, fil-Kwantum, fid-Dinjiet Virtwali u fis-Semikondutturi,u se jippromwovi lawrji konġunti u lawrji Ewropej futuri fit-teknoloġiji diġitali u lawrji interdixxiplinari li japplikaw dawn it-teknoloġiji għal setturi bħas-saħħa u l-bijoteknoloġija,kif ukoll taħriġ għat-teknoloġiji tad-Destinazzjoni d-Dinja (eż. l-immudellar tal-klima). Biexjinvolvi liż-żgħażagħ Ewropej f’teknoloġiji diġitalimill-aktaravvanzati, id-DĠ CNECT se jniediKompetizzjonijiet Ewropej tal-Ħiliet Diġitali Avvanzati.

Biex jappoġġat-tħejjijatal-Unjoni  fid-dawl ta’riskju akbar għaċ-ċibersigurtà, id-DĠ CNECT se jniedi network bejn l-Industrija u l-Akkademji taħt l-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà u se jippromwovikampusijiet ċibernetiċi għall-iżvilupp tal-ħiliet f’diversi Stati Membri u reġjuni.

Il-kuntest  

Il-Kumpass tal-Kompetittività, adottat fid-29 ta’ Jannar 2025, jistabbilixxi “l-promozzjoni tal-ħiliet u l-impjiegi ta’ kwalità” bħala waħda mill-miżuri ewlenin għall-Ewropa biex terġa’ tikseb il-kompetittività tagħha u tiżgura l-prosperitàtagħha. Bħala waħda mill-faċilitaturi tal-Azzjonijiet Ewlenin tagħha, l-Unjoni tal-Ħiliet tappoġġa l-iżviluppta’ sistemi ta’ edukazzjoni, taħriġ u ħiliet ta’ kwalità, inklużivi u adattabbli billi tipprovdi livelli ogħla ta’ ħiliet bażiċi, tipprovdi opportunitajiet tul il-ħajja għall-adulti biex itejbu l-ħiliet u jitħarrġu mill-ġdid b’mod regolari, tiffaċilita r-reklutaġġ min-negozji madwar l-UE, tattira u żżomm il-ħiliet u t-talenti fl-ekonomija Ewropea, u tipprovdipedament ta’ governanza b’saħħtu.