
l-arranġament se jappoġġa l-ħidma superviżorja tal-Kummissjoni u tal-Ofcom lejn pjattaformi online, rispettivament id-DSA tal-UE u l-Att dwar is-Sikurezza Online tar-Renju Unit. l-oqsma ta’ interess komuni huma l-protezzjoni tal-minorenni online, it-teknoloġiji tad-disinn adattati għall-età, it-trasparenza tal-pjattaformi online, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-impatt tal-algoritmi fuq ir-riskji sistemiċi għas-soċjetà.
Il-kooperazzjoni ser titwettaq permezz ta’ djalogi ta’ esperti tekniċi, taħriġ konġunt tal-persunal tekniku, kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, studji konġunti u proġetti ta’ riċerka kkoordinati. Kooperazzjoni effettiva u attiva mas-sħab internazzjonali hija kruċjali biex jissawwar ambjent online sigur u affidabbli.
Skont id-DSA, il-Kummissjoni hija responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet li japplikaw għal pjattaformi online u magni tat-tiftix kbar ħafna ddeżinjati. Sa mid- dħul fis-seħħ ġenerali tad-DSA, il-Kummissjoni diġà ħadet azzjoni biex tiżgura li d-DSA joħloq ambjent online aktar sikur: billi ġġib trasparenza bla preċedent, inkluż aktar minn 16-il biljun dikjarazzjoni ta’ raġunijiet f’bażi ta’ data pubblika, billi toffri proċess dovut għad-deċiżjonijiet ta’ moderazzjoni tal-kontenut tal-pjattaformi, billi toffri aċċess għad-data pubblika tal-pjattaformi lir-riċerkaturi, u billi tiftaħ proċedimenti fejn tissuspetta li dawn il-pjattaformi jistgħu jiksru l- obbligi strutturali tad-DSA.